Riċentament, il-Ministru Michael Falzon ammetta li pajjiżna għandu l-liġijiet kollha meħtieġa iżda huwa fqir fl-infurzar fej jidħol il-prekarjat. Prekarjat li jwassal b’mod dirett lill-eluf ta’ ħaddiema involuti u lill-familji tagħhom għall-faqar. Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista ifakkar li qabel l-2013 il-Partit Laburista flimkien mall-GWU niżżlu n-nies fit-toroq kontra l-prekarjat.
Wegħduna li ser jeqirduh bl-egħruq u x-xniexel. Iżda x’verament ġara? Il-Gvern Laburista ħoloq l-ambjent perfett sabiex il-prekarjat mhux talli inqered, talli żdied fuq li żdied, tant li pajjiżna sar magħruf mal-barranin li joffri xogħol b’kundizzjonijet prekarji u għalhekk qed jiġbed ħaddiema li lesti jitħallsu bil-boqxiex għax f’pajjiżhom hemm faqar assolut.
Wara disa’ snin ta Gvern Laburista issa stenbaħ li infurzar m’għandniex!. Mela x’kienu qed jagħmlu dawn il-Ministri kollha u l-konsulenti kollha tagħhom? Disa’ snin moħlija għal tant eluf ta’ ħaddiema Maltin u barranin. Disa’ snin li komplew tefgħu lil tant eluf ta’ nies lura.
Baġit wara l-ieħor ma sar xejn biex jeradika x-xogħol prekarju. Fl-aħħat tlett baġits lanqas biss issemmiet. L-istess Ministru Falzon jgħid li din hija kwistjoni serja iżda l-Gvern qatt ma kellu interess li jindirizzaha forsi biex xi kuntratturi partikolari jagħmlu l-miljuni.
Pajjiżna għandu il fuq minn 85,000 ħaddiem li jaqilgħu inqas minn €9,800. Huwa evidenti li l-Ministri u l-akkolti tagħhom ma jimpurtahomx minn dawn il-ħaddiema u l-familji. Il-ministri u sħabhom qed jaqilugħha tajjeb ħafna. Lanqas biss jistgħu jħossu minn dak li għaddejin dawn il-familji.
Jidher ċar li l-Gvern Laburista hu iktar mehdi sabiex jgħatti l-qasmiet li għandu fi ħdanu. Żgur li mhux iffukat sabiex isolvi l-problemi reali tal-Maltin u l-Għawdxin. Problemi kbar li saħansitra l-Unions, saħqu li jekk is-sitwazzjoni ser tkompli tiggrava mhux ser tkun tista’ tissewwa!
Tara kontradizzjoni mal-kliem tal-PM Abela li inkoraġixxa lill-Maltin li jekk iħossu li l-istituzjonijiet qed ikunu wisq riġidi fl-infurzar dawn għanhom ikellmu lilu dirett! Daqshekk huwa favur l-infurzar b’mod serju il-PM Abela. Prim Ministru li jagħmel kollox għall-voti.
Il-PN jisħaq li l-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom jixirqilhom aħjar. Gvern ġdid Nazzjonalista iwaqqaf il-ħlasijiet tal-korruzzjoni u jaġevola lill-ħaddiema tagħna.
U dan kollu fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fejn fl-aħħar rapport tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut tal-NSO insibu li l-inflazzjoni hija l-ogħla li qatt kienet! l-inflazzjoni kollettiva tal-prezzijiet hija 2.59 fil-mija, żdied mill-2.38 fil-mija f'Novembru 2021. Iżda din hija r-rata tal-inflazzjoni kollettiva, l-akbar impatt fuq fuq l-inflazzjoni annwali tkejjel fl-Indiċi tal-Ikel (+1.06 punti perċentwali). il-prezz tal-ikel fil-fatt għola 5 fil-mija!
Ejja nippruvaw nifhmu r-raġunament ta’ dan il-gvern inkapaċi li jkompli jagħmel żball wara l-ieħor. F’Malta għandna żieda fl-ammont ta’ familji li waqgħu fil-faqar, għandna żieda ta’ familji li jaqilgħu inqas minn €9,800 fis-sena, għandna l-ogħla inflazzjoni li qatt kellna, u għandna famali li mhux qed jgħaddu x-xahar bil-paga.
In vista ta dan kollu iżda issa nafu li l-PM Abela kien jaqla’ €17,000 fix-xahar! għandna lid-Deputat Chris Ferns jaghti lillħ-Carmen Ciantar €163,000 fis-sena, Edward Scicluna ta” lilu nnifsu €100,000 fis-sena, Justyne Caruana impjegat lis-sieħba tagħha għal €5000 fix-xahar u mhux biss tajna €90 miljun lil Steward talli ma għamel xejn imma jista’ jkun ukoll qed jaħfer is-€37 miljun li dovuti l-pajjiez f’taxxi. Il-lista ma tispiċċa qatt!
U l-PM Abela, jipprova jġegħelna ninsew dan kollu billi jagħtina €100 darba....iva il-pubbliku li jħallas it-taxxa li qed jiffinanzja l-mijiet ta’ eluf f’persuni ta' fiduċja f'"consultation fee's" il-ħaddiema li tqum kull filgħodu biex tistenna fit-traffiku biex tasal għal xogħol li bil-kemm jkopri l-ispiża ta 'kuljum tieħu €100 darba! Soċjaliżmu pur, agħti lin-nies il-ħuta imma qatt il-qasba tas-sajd biex ikunu jistgħu jaqbdu kemm huma kappaċi. Dan mhux investiment fin-nies, dan mhux investiment fil-ħaddiema jew investiment biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom! Dan huwa investiment bit-tama li l-poplu jaħfer lil dan il-Gvern li mhux kapaċi joħloq il-ġid jekk mhux billi jibgħat ċekk bil-posta, għall-mod kif qed jiggverna dan il-pajjiż!
Se nieħu dawn il-€100 ewro u ninvestu f'xi ħaġa li naf li se tagħtini xi ħaġa aħjar! Jien ser ninvesti fil-Partit Nazzjonalista! Qed ninvesti f’Dr Bernard Grech u l-viżjoni tiegħu għal Malta aħjar, Malta li ħaqqna! Malta fejn il-haddiem ma għandux jkun tallab! Fejn nistgħu nitkellmu b'mod ħieles bla -biża' ta 'kundanna jew vendikazzjoni!
Dawn l-miżuri tal-lum huma ftit wisq u tard wisq. L-għoli tal-ħajja sploda fix-xahrejn li għaddew u l-frak li qed jiġi offrut ma jindirizzax il-kwistjonijiet u l-problemi ta’ dawk li qed jitħabtu biex ilaħħqu. Robert Abela – li għamel snin jieħu aktar minn €17,000 fix-xahar minn direct orders tal-gvern – huwa maqtugħ min-nies.
Issa wasal iż-żmien li nqumu, mhux biss għalina imma għal pajjiżna, biex niżguraw li għad ikollna xi ħaġa x’noffru lil uliedna fil-futur. L-unika ħaġa li se jkunu qed jirtu minn dan il-Gvern tal-PL hija 9 biljuni f'dejn u biljuni oħra li ġejjin! L-unika raġuni għal din l-injezzjoni ekonomika, hi biex jippruvaw jdawru l-opinjoni pubiku, iżdagħall- dan aħna kollha ser nħallsu prezz qares u għolli ħafna iżjed! Ara x'ġara lill-Greċja....
Robert Abela huwa maqtugħ min-nies... maqtugħ mir-realta”
Comments