top of page

AirMalta...Out of Control


Il-mod dilettantesk , tibdil kontinwu u nuqqas ta’ kontinwita kif tmexxiet l-AirMalta tul dawn l-aħħar snin juri livell ta’ nkompetenza qawwijja fejn jidħol tmexxijja professjonali ta’ azjendi vitali għal pajjiżna.

Kulħadd jiftakar kemm-il darba inbidel il-Ministru tat-Turiżmu mill-2013 lil hawn. Kulħadd jiftakar kemm- il darba inbidel il-Bord tad-Diretturi, Chairmen u CEO’s. Kulħadd jiftakar kif dan il-Gvern biddel il-pjanijiet tiegħu għall-AirMalta skont kif ikun ħolom il-Ministru ta’ dak inhar! Jekk dan il-Gvern wiegħdna kontinwita’, din żgur ma kinitx fl-AirMalta. Kontinwita’ ta viżjoni strategika kommuni qatt ma kien hemm!

Filli qalulna li se jsieħbu sieħeb strateġiku, filli kellhom ibiegħuha lill-Alitalia li kienet qed titlef €500,000 kuljum. L-istess Alitalia kienet qalet li hi mhu ser tkun qed toħroġ l-ebda ewro biex tikseb l-AirMalta! Kien hemm il-pjan li jinġieb ajruplan kbir biex l-AirMalta ttir lejn il-Lvant Imbiegħed. Kien issemma wkoll li ser tinbiegħ lill-Kumpanija Ċiniża.

Dan kollu wassal biss biex l-AirMalta tagħmel iktar telf. Wassal sabiex l-AirMalta tkeċċi 69 pilota. Sabiex l-AirMalta tkompli titlef l-importanza tagħha fir-reġjun Dan kollu għad-detriment tal-ħaddiema u l-familji tagħhom. Dan kollu għad-detriment ta’ tant sagrifiċċji li qed jagħmlu impjegati li tassew għandhom għal qalbhom din il-kumpanija. Dan kollu wkoll jwassal sabiex nistaw nitilfu il-possibilta ta state aid, minħabba kif qrajna il-gimgħa l-oħra fil-Mument il-Gvern ma għandux idea x’qiegħed jagħmel meta fetah kumpanija oħra Malta Med Air, spiċċa sabiex tefa’ kumpanija nazzjonali il-baħħar.

Biex is-sitwazzjoni tmur mill-ħażin għall-agħar, issa nsiru nafu li l-ftaħir tal- kiri tal-ajruplani l-ġodda qed jiswa lil din il-Kumpanija mat-€350,000 fix-xahar għal kull ajruplan! U b’kollox se jkun hemm erbgħa minn dawn l-ajrulani u li allura qed jgħabbu lil din il-Kumpanija bi spiża enormi ta’ kull xahar.

Dan ma jawgura’ xejn tajjeb għal futur ta’ din il-Kumpanija u għall-ħaddiema tagħha. Ħaddiema li qed jaraw il-futur tagħhom imċajpar u mudlam tort tal-inkompetenza fit-tmexxija u n-nuqqas ta’ direzzjoni ta’ din il-kumpanija strateġika.

Ħafna mill-ħaddiema li jitkellmu magħna kollha kelma waħda – Ħadd ma jaf x’inhu l-futur tagħhom, ħadd ma jaf il fejn sejra l-AirMalta u kif ser tispiċċa. Kollha jgħidulek li min qed imexxi ma jafx x’qed jagħmel! Dan mhux l-ewwel darba li qiegħdin naqrawh... gimghat sħaħ ta artikli fuq l-Airmalta fuq il-Mument juri biċ-ċar li il-Ħaddirma tal-Kumpanjija mhux l-interess ewlieni ta dan il-gvern.

Kollha jgħidulek li l-AirMalta ma tistax tibqa’ titmexxa skont il-Ministru min ikun jew minn liema distrett ġej jew jekk kinux membri tal-PULSE jew attivi sew fil-Partit Laburista. Saħansitra hemm min fit-tmexxija tal-Kupmanija ma jistħix itell’a ritratti fuq il-mezzi soċjali ma’ esponenti oħra tal-Partit Laburista. Il-ħaddiema jafu li ċertu nies moħħhom mistrieħ għax għandhom is-sodda mifruxa u li jekk jinqala’ xi ħaġa malajr jispiċċaw jaħdmu ġo xi Ministeru! Pero sfurtunatament mhux il-ħaddiema kollha għandhom dan is-serħan tal-moħħ. Pjan għal-ħaddiema m’hemx.

L-unika pjan li kellhom għall-AirMalta kien li jiddemonizzaw lill-Kap Eżekuttiv Peter Davies, li kien espert fil-qasam u kien qed jippilota pjan strateġiku sabiex il-Kumpanija terġa’ tqum fuq saqajha. Pjan strateġiku li kien qabel miegħu anke l-Partit Laburista mill-Opożizzjoni u wiegħdu li se jkomplu mexjin fuqu.

Iżda llum kulħadd jaf li dan ma seħħx u li l-AirMalta titmexxa skont kif ikun ħolom il-Ministru responsabbli.

L-AirMalta trid titmexxa bi pjan serju li jħares kemm għaż-żmien li għaddejin minnu kif ukoll għat-tul, wara li tgħaddi din il-pandemija. L-AirMalta trid titmexxa minn min hu espert fl-industrija u minn min jaf eżatt x’jinvolvi l-qasam tal-avjazzjoni. Hekk biss tista’ ssalva l-AirMalta. Il-ħbieb tal-Ministru żgur li mhux se jsalvaw l-impieg ta’ tant mijiet ta’ ħaddiema.

9 views0 comments

Recent Posts

See All

Commentaires


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page