F'laqgħa tal-UNESCO ftit żmien ilu sar enfasi partikulari fuq l-edukazzjoni. Prim Ministri u Ministri kollha preżenti għall din il-laqgħa qablu li l-edukazzjoni huwa bla dubju s-soluzzjoni għal diversi problemi inklużi dawk Post COVID. Xi ħaġa li laqtitni f'din il-laqgħa kien li wasslu għall konklużjoni għal bżonn li mhux biss il Gvern jassigura li jkun hemm "upskill" ta' aktar żgħażagħ u ħaddiema sabiex nkomplu inżidu il-ħiliet u abbiltajiet tagħhom, pero' aktar min hekk irridu noħolqu pjan strateġiku sabiex ngħarfu kif se ngħamlu "re skilling" fuq medda wiesgħa kemm ta' dawk li qiegħdin fis-strutura edukattiva issa imma wkoll il-ħaddiema Maltin u Għawdxin kollha sabiex inkunu attraenti għall investiment barrani ta xogħol. Il-bżonn ta'żieda ta' gradwati fuq livell terzjarja, Master's u Dottorat huwa il-qofol sabiex Malta tkun fuq ta quddiem sabiex tkun kompetittiv bir-riżors l-aktar prezzjuż tagħna, ir-riżors uman. B'hekk setturi ġodda li bla dubju ser jkunu mhux biss ta' valur miżjud pero' li jiġarentixi kwalita' ta' ħajja aħjar għalina lkoll.
Early School Leaver's
Skond statistika tal-Eurostat, Malta għanda it-tieni għola rata ta' School leavers fl-Unjoni Ewropea 16.7%. Dan huwa ferm għola mill-miri li għamlet l-EU ta' 10%. Il-Ministru Owen Bonnici kien wiegħed li dawn il-miri ser jintlaħqu sa 2019, pero għal darba oħra Gvern naqas li jagħmel dak li wiegħed. Il-persentaġ ta' early school leavers f'pajjiżna huwa inkwitanti, għall numru ta' raġunijiet. Fosthom il-fatt li jidher li pajjiżi oħra fl-EU qiegħdin ħafna aħjar minnha, pajjiżi bħal Kroazja fejn in-numri ta' Early School leavers huwa ħafna iżjed baxx mill-miri tal-EU, fejn in-numru ta'gradwati huwa ferm iżjed għoli! Malta qiegħda taqa' lura ħafna, speċjalment issa, f'sitwazzjoni fejn ħafna pajjiżi huma lesta għall-isfidi ta' Post COVID imma Malta sa issa l-anqas biss irnexxielna insolvu il-problemi li bdejna bihom 8 snin ilu.
Setturi Ġodda tax-Xogħol Post COVID
Bħal issa huwa ż-żmien fejn irridu nidentifikaw setturi li ser joħorġu mill-COVID. Dawn is-setturi ta interess li minħabba l-COVID illum sirna dipendenti fuqhom, setturi li jtejbu l-qwalita' tal-ħajja tan-nies, li huma ta valur miżjud. Irridu mhux biss jiġi identifikati imma nippreperaw ħaddiema , gradwati, bil-ħilliet meħtieġa sabiex Malta tkun tista' tikkompeti wkoll. lkoll nafu li riżors wieħed biss ħawn f'Malta u dik hija ir-riżors uman, jekk għadna l-anqas biss għamilna titjib f'dak li qiegħdin infallu, kif nistgħu nimmaġinaw li ser nibdew inkunu fuq ta' quddiem biex inkunu attraenti iżjed minn pajjiżi oħra? irridu inkunu preparati kemm b'riżors uman pero wkoll b'infrastuttura lesta sabiex wkoll inkunu attraenti. Dawn is-setturi ġodda kollha bażati fuq IT, fejn iva sar investiment, kienu twieldu f'żmien il-partit Nazzjonalista għax kien hemm viżjoni, pero issa huwa żmien ta' riċerka, sabiex nibdew nitgħallmu fejn id-dinja sejra, u kif nistgħu intejjbuha. Allura issa huwa iż-żmien ta investiment f'setturi ta riċerka teknoloġiċi fejn il-bażi huwa xjenza, matematika u hemm irridu nimmiraw.
Għadna lura
Il-Kummissjoni Ewropea, ħareġ rapport fejn tat twissija il-Malta li mhux ser tkun qiegħda tilħaq mad-domanda għall-Ħaddiema b'ħiliet meħtieġa minħabba li għad għanda it-tieni l-akbar numru ta' early school levaers fl-EU. il-Kummissjoni wkoll ħarget numru ta problemi li minħabba in-numru kbir ta early school levaers li ser jkollu fuq il-pajjiż li fl-aħħar mill-aħħar jitħallas mit-taxxi tal-poplu sabiex jiġu indirizzati. Fost dawn hemm problemi ta' social exclusion ta' tfal li ġejjien minn familji b'ġenituri li ma komplewx l-edukazzjoni tagħhom. Hemm wkoll it-tendenza li minħabba hekk l-anqas it-tfal ma jkomplu l-istudji tagħhom u allura naqgħu f'ċirku vizzjuż. Il-Kummissjoni wkoll gibdiet l-attenzjoni tal-Gvern li ma sarx investiment meħtiġ sabiex din il-problema tiġi indirizzata kif suppost. donnu minħabba li kien hawn għajta ta' ħafna xogħol il-gvern ma tgħax kas il-mijiet ta' tfal li qabdu jaħdmu minflok komplew bl-istudji tagħhom. Fil-fatt, statistika ta Eurostat turi li Malta hija waħda mill-inqas li kellha problemi ta early school leavers bla xogħol.Kważi tista' tgħid li bl-pjan ekonomiku tal-Gvern Laburista, ta' influss ta ħaddiema ġabitna f'sitwazzjoni ħazina iżjed milli konna. Il-kummissjoni wkoll għamlet rimarka li ftit li xejn sar titjieb mill-aħħar rapport li sar. X'differenza mill-investiment vera li kellu il-Partit Nazzjonalaista ta skola kull sena.
Poverta'
Mhux talli mhux insolvu l-problema imma aktar ma jgħaddi aktar ma taggrava! Rapport li sar minn Anna Borg għall Kummissjoni Ewropea, insibu li "in work poverty" jgifiri dawk li qiegħdin jaħdmu u xorta hemm il-probabbilita' li jaqaw fil-faqar żdiet minn 2012 sa 2017 b'13.5%. Fil fatt dawk li ma jaħdmux b'intesita' kbira huma l-iżjed fil- periklu. Is-sinjura Anna Borg fil-fatt tat numru ta rekomandazjonijiet wkoll sabiex dan jiġi evitat fosthom li il-gvern jaħdem sabiex jara li il-ħaddiema kollha jkunu jafu id-drittijiet tagħhom, dan jista' jiġi interpretat li jkun hemm aktar sħubija fil-Trade unions. Għamlet rekomandazzjoni li dak li kien imwiegħed mill-Gvern ta' "equal Pay for Equeal work" tiġi imwettqa, u mhux paroli biss bħal ma rajna.
Hemm sitwazzjoni oħra li ħarget mir-raport tal-Eurostat f' Novembru ta' 2020, dik ta single parents b'ulied għadhom jgħixu magħhom. Skond il-Eurostat 47% ta' ġenituri weħedhom huma f'riskju li jaqaw fil-poverta, illum hemm iżjed minn 16,191 ġenitur waħdu li għandu tfal għandhom dipendenti fuqhom. Hawn wkoll tiġi ir-rabta mall-edukazzjoni, 53% min dawn il-ġenituri weħedhom huma early schoool leavers. Il-Medja tal-EU għal single parents li huma early school leavers huwa ta' 19%, dan jfisser li Malta għanda tlett darbiet dan l-ammont! Pero l-aktar ħaġa li f'dan ir-rapport laqtitni huwa il-fatt li għalkemm kien hawn żieda ta' xogħol Malta, in-numri ta' ġenituri weħedhom f'riskju tal-poverta xorta baqat l-istess! jekk ma kienx hawn xogħol ta' valur miżjud xogħol li jikkrea kwalita' ta ħajja aħjar għall-ħaddiema tagħna x'tistenna! Dawn fejn kienu baqaw!
B'hekk meta nisma' il-Ministru tax-xogħol jitkellem fuq l-edukazzjoni ngħid ftit tard wisq! vera li dik hi s-soluzzjoni pero' qiegħdin tard ħafna irridu nxammru il-kmiem nagħtu importanza assoluta l-edukazzjoni, ninvestu ħafna u ħafna iżjed għax il-futur tal-pajjiż jiddependi fuq fdak li nagħmlu jew li ma nagħmlux issa! Bil-Paroli biss ma ngħamlu xejn, bħal paroli fejn inqabblu il-vaċċin ma rebħiet elettorali mhux ser jwassalna imkien, b’mod speċjali fejn pajjiżi oħra bħal Awstralja fejn qiegħdin fuq ta’ quddiem net ħdejhom u pajjiżi oħra qegħdin infallu.. ejja inħarsu l-quddiem kif nistgħu insolvu l-problemi quddiemna naraw kif ser inkunu attreenti għall investiment barrani u lokali għall-xogħol ta kwalita’ u valur miżjud! u mhux noħolqu problemi iżjed.
Komentar