top of page

Għall-Korruzzjoni jħallas il-Ħaddiem


Huma l-ħaddiema u l-familji li jispiċċaw jħallsu għall-korruzzjoni ta’ dan il-gvern. Ippruvajt kemm stajt sabiex nara li nwassal il-messaġġ lill-ħaddiema u l-familji tagħhom li dawn il-kuntratti korrotti, l-aġir ħażin u t-tifrik tal-istituzzjonijiet tagħna kollha qegħdin iħallsu għalihom huma.


Tajjeb li nkejlu l-korruzzjoni b'mod fiskali u nikkalkulaw kemm-il euro jiġi jiswa. Filfatt sar kalkolu li għamlu ġewwa l-Ewropa. Dawn sabu li tiswa lil pajjiżna €725 miljun fis sena. Li kieku kelli inqabbel dan l-ammont ma kemm jiswew is-servizzi li l-gvern joffri lill-poplu, dan isarraf hekk:


■ 8.65% tal-prodott gross domestiku .

■ nonfqu iżjed flus f'korruzzjoni milli nonfqu fl-edukazzjoni

■ 10 darbiet il-budget tal-pulizija .

■ 90 darba l-ammont li jintefaq fuq CPD.

■ 45 darba iżjed mill-budget totali tal-housing.

■ Seba' darbiet iktar mill-budget nazzjonali tat-tfal u familja.

■ seba' darbiet iktar mill-budget tad-diżabilità u l-mard.

■ 65% tal-infiq soċjali tal-pajjiż kollu.


Il-korruzzjoni tiswa lil kull ċittadin Malti €1,671 kull sena skont il-figuri maħruġa mill- "costs of corruption in EU Member States released by the Greens/European Free Alliance group"

u nitilfu 8.65% tal-prodott gross domestiku tal-pajjiż. Dan l-ammont huwa ekwivalenti għal kważi s-salarji ta’ 42,000 ħaddiem b’paga medja. Dik li tfisser il-korruzzjoni.


Dan l-ammont huwa kważi sitt darbiet l-ammont li sellifna mill EU bħala għannuna għal pandemija! Tafu kemm stajna tajna għajnuna lill-ħaddiema u negozji, u kemm stajna salvajna ħwienet li tant u tant Maltin stinkaw sabiex jibnu? Imma l-kilba għall-flus sabiex dawn il-korrotti jsiru sinjuri minn fuq dar il-ħaddiem Malti kien aktar importanti mill-għajxien tagħna. The ends justify the means!


Imma hemm prezz ferm għola minn dan li qegħdin inħallsu u li għad irridu nħallsu għall-korruzzjoni! Din ma titħallas permezz ta’ flus diretti imma b'mod ferm iżjed perikoluż, ferm iżjed diffiċli u ferm iżjed inkwetanti: ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, l-isem ta’ Malta, li dan il-Gvern kisser u farrak! Ir-reputazzjoni tagħna, li l-Partit Nazzjonalista stinka u ħadem tant sabiex pajjiżi oħra jirrikonoxxu li aħna pajjiż serju fejn l-istituzzjonijiet jistg]u jaħdmu, fejn jista’ jkun hemm governanza tajba imma dan il-Gvern abolixxa għal kollox dan ix-xogħol kollu, u ta’ dan aħna l-ħaddiema, it-tfal tagħna jridu jħallsu prezz għoli ħafna għall-iżbalji tal-Partit Laburista. Huma jkissru u aħna, il-ħaddiem, in-negozjant , il-professjonist inħallsu!


Hawn min jista’ jgħidli kif ser inħallsu għal dan l-isfreġju li għamel il-Gvern Laburista? Kull investitur li jeżisti jħares lejn il-pajjiż, ir-reputazzjoni tiegħu kif ukoll kif jaħdmu l-istituzzjonijiet u l-governanza tiegħu! Jekk dawn kollha jibqgħu taħt dell ikrah allura ħadd m’hu se jiġi jinvesti. Grazzi għall-kilba, il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' governanza li ġab il-Gvern laburista, pajjiżna għandu lenti kbira immens fuqu. Dan ifisser li minħabba l-isfreġju li ġab il-PL, kummissjonijiet bħal tal-Venezja għamlu numru ta' miżuri li minħabba fihom huwa diffiċli ħafna biex noħolqu u nħajru investimenti ġodda fil-pajjiż. Dan mhux jien biss qed ngħidu imma huwa stat ta’ fatt! Ara jekk kienx hemm settur wieħed ġdid ta' impjieg f'dawn l-aħħar tmien snin!


Kif nistgħu noħolqu kwalita' aħjar ta' ħajja għall-ħaddiema tagħna jekk mhux ser nintoduċu impjiegi ta' kwalita'? Kif tista' tippretendu li nserrħu ras il-ħaddiema tagħna li jista' jkollhom stabiltà u possibiltà li jimxu ’l quddiem fil-ħajja tax-xogħol tagħhom jekk dan il-gvern ġab il-pajjiż b’mod li ma jistax jiġi fdat li mhux tajjeb għall-investimenti ġodda!


Din hija parti żgħira biss mill-problema li teżisti! Għax hemm possibbiltà kbira li mhux talli Malta mhix attraenti għal investimenti ta' kwalità u valur miżjud grazzi għall-Gvern tal-Labour, imma anki dawk li hawn jistgħu jitilqu wkoll jekk ikollna, Alla ħares qatt, rapport ħażin tal-MoneyVal. U f’dan ix-xenarju x'ser nagħmlu jekk dan iseħħ? X'inhu l-pjan tal-Gvern ta' Robert Abela?


Dwar dan, il-Gvern ta' Robert Abela silenzju ittarrax! Anzi meta d-deputati jiġu mistoqsija fuq dan ma jirrispondu xejn! Ġurnalisti indipendenti jistaqsu u deputati u Ministri tal-gvern Laburista, li huma responsabbli u għandhom dover li jirrispondu lill-poplu li tahom il-fiduċja, jinjora lill-poplu Malti, lill-ħaddiem li qiegħed hemm grazzi għat-taxxi li jħallas, u jibqa' għaddej mingħajr risposta, mingħajr indikazzjoni u definittivament mingħajr soluzzjoni!

28 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentários


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page