top of page

Għax il-Ħaddiema u Negozji huma..... Tagħna Lkoll


Nisopprendi ruħi meta nitkellem ma ħaddiema, meta inżur il-kostitwenti fid-djar tagħhom u naqra dak li qiegħed jiġri mill-gazzetti u news portals, kif in nies mhux qiegħdin kontinwament jitolbu spjegazzjonijiet min għand id-deputati u Ministri tal-gvern. Kif huma wkoll mhux jħossu id-dover li jgħattu spjegazzjoni tal-għemil tagħhom kif wkoll ċerti deċiżjonijiet li tieħdu? Naħseb li ġejna “immune” għal ħażin kollu li qiegħdin naraw madwarna. Il-Kultura ta Xejn mhux xejn , tal-“Carry-on” trid tieqaf. Għax ser jikkonsmana.

Il-ġimgħa l-oħra smajna biż-żieda li ta’ lilu innifsu Ex-Ministru Edward Scicluna ta’ €11,000 sabiex issa ser jkun qiegħed jaqla' kważi €100,000 fis sena! Din mhux biss hija deċiżjoni insensittiva imma bla dubju hija definittivament deċiżjoni mhux f’waqta’!! dan l-istess gvern li qiegħed jmur fuq il-podium u jitlob il-poplu Malti u negozji sabiex jagħmlu saġrifiċi f’dan iż-żmien tant u tant diffiċli għal ħafna. Naħeb ħaqna spejġazzjoni.


Skond il-Eurostat insibu li sa 2019, qabel il-Pandemija kien hawn żieda ta’ 9,000 ruħ mis-sena ta qabel fil-periklu tal-Faqar u esklużjoni soċjali. Dan L-ammont telgħa għal- 89,000!

Hawn toħroġ iżjed insensittivita ta din id-deċiżjoni ħażina taż-żieda fil-paga ta’ Scicluna. Jien u nikteb dan jien stess mhux nemmen li dan qiegħed jsir f’pajjiżi. Din hi l-Malta tagħna llkoll li wiegħed il-Labour? Dan hu il-moviment li webbel u bela tant nies?


Ħalli forsi nfiehem aħjar għalfejn jien qiegħed nikteb bil-mod ta kif qiegħed nikteb... mela il-average wage ta Ħaddiem Malti illum huwa ta’ xi €17,500 skond id-department tal-istatistika tal-Gvern stess, meta taqra ftit u tagħmel naqra riċerka isib skond il-Eurostat jekk kopja b’żewg wlied taqla' inqas min €19,346 qiegħda fil periklu tal-faqar u esklużjoni soċjali, toħroġ weħedha lil min verament irridu inżidu il-pagi... tal-ħaddiema bla dubju!


Il-minimum wage f’pajjiżna żdied bissb’€15 fix-xagħar f’2020. Dan huwa fost l-inqas rati fl-stati kollha tal-EU. Weħedha toħroġ li il-mod ta kif qiegħda tinħadem il-minimum wage huwa skadut u ma għadux japplika għall-illum. Hemm qabża kbira bejn dak li wiegħed il-Gvern laburista qabel il-2013 ta’ “ middle class” ġdid... tiftakruha din il-wegħda? mhux talli ma għamilx middle class ġdid imma qiegħed jinqered il-middle class eżistenti. Bil-mod il-mod qiegħed jisparixxi.


Id-data turi li hemm bżonn urġenti ta bidla, il-bidliet li saru fil-minimum wage xorta waħda mhux jgħattu ir-riżultati mixtieq. Il-minimum wage qiegħda iżid u tkompli tiżdiet mall-COLA li mhux qiegħed verament jirrifletti il vera għoli tal-hajja. Hemm bżonn li nintroduċu il-living wage! Illum qabel għada, NGO’s kollha qiegħdin jimbuttaw sabiex dan jiġi introdut għax hija l-aktar mod ġust li verament tissalvagwardja li ħadd ma jibqa' lura. L-Oppożizzjoni kontinwament titlob li dan jitwettaq, din hija xi ħaġa ta’ ġid għal pajjiżna, fejn nibdew intejjbu ftit is-sitwazzjoni li qiegħdin jgħixu fihom ħaddiema u neġozji Maltin u Għawdxin. L-istrateġija ekonomika tal-Gvern “trickle-down economics strategy" jinjora kompletament dawk li verament dawk li l-iżjed huma fil-bżonn- li huma l-fqar u dawk li għandhom paga baxxa.


Din hija turija ċara li minkejja l-ftaħir kollu il-Gvern Laburista ma ppjana u wettaq xejn fl-aħħar seba’ snin biex jinħoloq xogħol ta’ kwalita’. Il-politika ekonomika tal-Labour magħmula mill-istess Ministru tal-Finanzi, li kien il-moħħ ta' dawn id-deċiżjonijiet, ħoloq biss xogħol ta' pagi baxxi, bla ebda valur miżjud u bla ebda ħajr li ħaddiem jkun jista' javvanza., ħoloq biss żieda fix-xogħol prekarju, l-istess prekarjat li wiegħed qabel 2013 li jeqred.


Ħoloq xogħol bbażat fuq il-konsum intern li waslet għal żieda kbira fil-popolazzjoni bl-influs ta’ ħaddiema barranin li issa anke l-Ministru tal-Finanzi Clyde Carauna li hu l-arkitett ta’ din il-politika ammetta li ġabet sfidi kbar fuq pajjiżna. Tant hu hekk li l-istatistika turi li kważi nofs il-ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropeja li jgħixu f’Malta jinsabu f’xogħol li huma “over - qualified” għalih.


Dan jagħti raġun lil Partit Nazzjonalista li dejjem kkritika lill-Gvern li ma rnexxilux jattira niċeċ ġodda ta’ xogħol f’pajjiżna biex intejbu l-kwalita’ tax-xogħol u l-għijxien tal-familji tagħna.

55 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page