top of page

L-infermiera...Jixraqilkom aħjar!


Meta tkun involut fil-politika jkollok opportunitajiet tad-deheb sabiex titkellem u tifhem iżjed il-bżonnijiet, il-ħsibijiet u x-xewqat ta’ diversi setturi f’pajjiżna. Din hija barka li ħafna drabi aħna l-politiċi nabbużaw minnha jew neħduha minn awl id-dinja għax ma niehdux vantaġġ ta’ dawn l-opportunitajiet sabiex inkunu il-vuċi tagħhom.


Nixtieq nesprimi ftit ħsibijiet fuq l-infermiera u l-qwiebel flimkien ma’ għadd ta’ ħaddiema u professjonisti f’diversi setturi tas-saħħa. Dawn il-ħaddiema uniċi għandhom kuraġġ jitolleraw ħafna, pero fl-istess ħin għandhom il-kompasjoni li jsabru l-kulħadd. Is-settur li jaħdmu fih għandu jkun l-akbar prioritá għall-pajjiżna issa iżjed min qatt qabel. Dawn il-professjonisti jgħinuna mhux biss fiżikament imma wkoll mentalment u moralment, ifehmuna u jserrħulna rasna dwar dak li nkunu qed ngħaddu minnu. Dawn insibuhom għad-dispożizzjoni tagħna 24 siegħa kuljum, jissorveljaw il-kundizzjoni tagħna sabiex jiżġuraw li tingħata l-aħjar kura possibbli. Tul iż-żmien urew il-kreatività u l-innovazzjoni li għandhom kif wkoll is-sens kbir ta’ vokazzjoni li jgħinu lil ħaddieħor.


Kull min jesperjenza l-kura ta’ dawn in-nies jesprimi il-gratitudni tiegħu għas-servizz eċċellenti li joffru. Tara fuq il-midja soċjali posts ta' min esperjenza s-servizz ta’ dawn il-professjonisti, il-gratitudni u l-apprezzament tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema eżemplari. Lanqas fomm ma għandna sabiex nirringrazzjawhom għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom. Dan żġur mhux xogħol faċli. Hemm stress kbir, frustrazzjoni ta’ kuljum, sigħat twal fuq saqajk, ħafna ħsieb u konċentrazzjoni f’mumenti fejn id-domanda hija enormi. Imma hi professjoni li tagħti sodisfazzjoni kbir, u dan donnu jegħleb kull diffikultà.


Dan kollu jwassalni għall-punt prinċipali li nixtieq nagħmel. Jekk verament nemmnu li dan is-settur għandu bla ebda dubju jingħata l-importanza li jixraqlu, mela hemm bżonn li ninvestu fih bis-serjetà. Mhux qed nirreferi għall-apparat tal-isptar jew polyclinics, imma għar-riżorsa umana, l-infermiera. Fil-preżent hemm 3,900 infermier jaħdmu fis-settur tas-saħħa pubbliku f’pajjiżna. Jien nieħu pjaċir li nisma' li s-sena l-oħra ggradwaw 125 infermier ġdid. Imma l-verita' hi li għal żmien twil kellna u għad baqa' nuqqas kbir ta’ infermiera. Fil-fatt jien infurmat li bħal issa hemm bżonn ta’ mijiet ta’ infermiera ieħora.


Allura nistaqsi jien, jekk nafu li hemm dan il-bżonn, u minħabba dan in-nuqqas qed jbati kulħadd, kemm il-pazjent kif ukoll l-infermier innifsu li qed jkollhom jaħdem iżjed sabiex jimla l-vojt, għalfejn m’aħna nagħmlu xejn? Għalfejn il-Gvern ta’ Robert Abela ma joqogħdx bilqiegħda madwar mejda u niddiskutu, nitkellmu, nipproponu, noħroġu b’ideat ġodda flimkien mal-unions li jirrappreżentawhom sabiex naraw kif nistgħu nagħmlu biex dan is-settur mhux biss ikun imma jibqa' attraenti. Ngħid hekk għax jekk inqabblu l-pagi u l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema f’dan is-settur barra pajjiżna, tinduna li hemm possibbiltà li nitilfu numru kbir ta’ infermiera. Pajjiżi oħra bħal UK li qegħdin joffru pagi ħafna iktar superjuri, residenza bla kera għall-sena u ċitadinanza għall-familja kollha.B’hekk hemm possibilita serja li nitilfu l-infermiera barranin li qegħdin iservu f’pajjiżna li jibbenefikaw minn ħafna inqas, il-qegħdin iħallsu l-kera u li qiegħed jkollhom problemi kbar sabiex iġeddu l-permess tax-xogħol tagħhom. Hemm il-possabilità li nitilfu ’l fuq minn 200 infermier, u meta nara li l-Gvern kommess li jimpjega 267 infermier ieħor minn barra, insaqsi jekk verament nafux x’qegħdin ngħidu? Min ser jagħażel Malta jew jibqa’ Malta jekk ħaddieħor qiegħed jofri aħjar?


Hemm għażla waħda biss, li nikkompetu u noħolqu opportunitajiet ġodda fit-tul fejn mhux biss nikreaw opportunitajiet u inħajru żgħażagħ sabiex jagħżlu dan is-settur, imma nikreaw ukoll ambjent fejn jaqbillek tibqa’ hawn. Naraw li jiġu ppremjati għas-saġrifiċju, stress u għejja li jesperjenzaw ta’ kuljum. Mhux żidiet fil-pagi biss imma kundizzjonijiet aħjar. Ejja nikreaw settur attraenti li jkun verament l-għira ta’ kulħadd.


Din hi priorità għal pajjiżna, b’mod speċjali issa fejn anki s-swali qegħdin jinqasmu f’COVID u non COVID u allura hemm bżonn ta’ iżjed ħaddiema u mhux inqas. Din hija sitwazzjoni kruċjali, sitwazzjoni li ma nistgħux inħalluha tkarkar! Qed nagħmel appell lill-Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearn sabiex b’mod immedjat, flimkien mal-unions, jiddiskuti pakketti ġodda ta’ pagi u kundizzjonijiet għal dawn il-ħaddiema qabel ma jesplodi kollox f’wiċċna. Din hija bomba tal-ħin. Il-Unions irridu nittratawhom verament bħala msieħba tagħna u mhux biss insejħulhom msieħba soċjali fejn u kif jaqblilna. L-infermiera huma l-eroj taż-żmienna, huma s-salvaturi taċ-ċittadini, huma dawk li jpoġġu l-interessi tagħna qabel tagħhom. Appell sabix ma nagħmlux dan is-settur ballun politiku! Ejjew flimkien nikrejaw iżjed opportunitajiet ta kwalita’ u valur għal dawn il-ħaddiema.


Grazzi lil kull ħaddiem tas-saħħa f’pajjiżna! Nemmen li jixraqilkom aħjar!

45 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page