Żieda ekwivalenti ta’ roly poly
Dan huwa Baġit li bla dubju ta’ xejn juri kemm dan il-Gvern Laburista jqis b’xiber imnieħru u jipprova jgħaddi lil kulħadd minn għajn il-labra. Dan il-Budget hu ezercizzju ta’ riciklagg! Budget li ma jaħsibx għal għada dan Gvern bla pjan fit-tul b’Viżjoni imċajpar, sfurtunatament bħal futur tagħna jekk mhux ser nogħoqdu attenti!
Ma tistax ma issemmix u tqabel ma dak li sar minn Gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti ħalla pedament sod u li kieku dak ma kienx jeżisti kieku llum qegħdin fl-abbiss. Tajjeb insemmu li Gvernijiet tal-PN bnew reputazzjoni b’saħħitha għall-pajjiżna. U dan ma jista’ jmerieh ħadd.
Gvernijiet Nazzjonalisti waqqfu s-servizzi finanzjarji u l-qasam bankarju, li llum iħaddmu eluf ta’ ħaddiema Maltin u barranin, fetħu s-suq turistiku, bdew niċieċ ġodda, tat-tagħlim tal-Ingliż, servizzi ta’ yacht marinas, diving, is-settur tal-Gaming, tat-tiswija u manutenzjoni tal-ajruplani u sirna parti mill-UE. Dawn huma biss ftit mill-viżjoni fit-tul li kellu l-PN għall-poplu Malti. Viżjoni fit-tul li għadha qed iddawwar ir-rota ekonomika ta’ pajjiżna. U dawn saru meta l-Partit Laburista kien jopponi u jipprotesta kontra kollox. Ma tantx kienu pożittivi dak iż-żmien!
Mill-banda l-oħra l-viżjoni ekonomika tal-Gvern Laburista kienet waħda ta’ malajr u mhux sostenibbli – ifqa’ kull m’hawn bil-bini u bi 80,000 barrani u l-ekonomija tikber, għax dawn iridu jikru, jiddevertu, jixtru l-ikel u l-ħwejjeġ eċċ. Ġiet id-daqqa tal-COVID u ħafna minn dawn għosfru, marru lura pajjiżhom jew tilfu l-impieg u għaliex din il-politika mhux sostenibbli, u malli meta waslet il-mewga, kaxkrett l-pajjiż kollu.
Poplu mhux moħħu mistrieh
Il-Gvern ta’ Robert Abela kellu jserraħ moħħ il-Maltin li huma inkwetati li bit-tixrid tal-pandemija jserraħ moħħ qegħdin jiġu kkanċellati operazzjonijiet minħabba numru dejjem jikber ta’ nies li qed jirċievu kura fl-isptarijiet; moħħ il-ħaddiema li mhux se jitilfu ħobżhom wara li bl-attitudni ta’ business as usual tiegħu tawwal il-kriżi tal-covid; moħħ in-negozjanti u s-sidien tal-ħwienet li għandu strateġija biex dan il-Milied ma jintilifx; moħħ l-anzjani li dak li seħħ fid-djar tal-kura tal-anzjani mhux se jerġa jseħħ; ras l-operaturi turistiċi li pajjiżna mill-aktar fis ser jkun f’pożizzjoni li jerġa jilqa’ turisti hekk kif pajjiż wara ieħor tefgħana f’lista sewda ta’ fejn wieħed aħjar ma jżurx.
Beda jbigħ ukoll il-passaport Malti, fi skema maħmuġa li kompliet għarrqet ir-reputazzjoni ta’ Malta u li minnha nafu sew min daħħal il-flus fil-but.
Addio l-ftaħir ta’ seba’ snin, ftaħir bis-surplus. Addio l-ftaħir tal-aqwa kabinett fid-dinja bl-aqwa Ministru tal-Finanzi li qatt eżista u li kellu jkun taxi driver fl-Amerka t’isfel li jfakkru li f’Malta jinħaslu l-flus!
Perċizzjoni ta Ekonomija B’Saħħitha
Dan il-Gvern ħaddan politika tal-perċezzjoni. Il-media b’saħħitha kkontrollata mill-Labour irnexxiela tpinġi stampa li kulħadd sejjer tajjeb, li hawn il-ġid, li kulħadd qed jaqlagħha tajjeb. Li ħafna saru sidien ta’ djarhom u m’għandhomx piżijiet finanzjarji. Imma kulħadd jaf min mar u għadu sejjer tajjeb.
Jista’ xi ħadd jgħdilna kif ħaddiem Malti li qed jaqla’ bejn €800-u €1,300 fix-xahar jista’ jaffordja jixtri appartament ta’ kważi €200,000. Jistgħu jgġidulna biex se jħix fl-aħħar tax-xahar wara li jħallas loan ta’ €700 fix-xahar. Huwa minnu li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb? Jekk il-poplu mhux ilaħħaq ma’ dawn l-ispejjeż allura l-ekonomija le mhux sejra tajjeb. Il-PN għalhekk irid ekonomija li taħdem għan-nies.
Għalhekk wasal iż-żmien, jekk mhux diġa qeghdin tard sabiex neħilsu minn din il-klikka korrotta li għarrqet u ħammġet isem pajjiżna u nerġgħu nagħmlu sforz biex innaddfu r-reputazzjoni tagħna.
Inħarsu l-Quddiem
Wasal iż-żmien li l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun imsejjsa fuq sisien sodi li jħarsu l-bod. Ekonomija li taħdem għall-bniedem u mhux ekonomija li tassar lill-ħaddiem hu min hu, sabiex ngħidu kemm sejrin tajjeb!
Wasal iż-żmien biex lill-pajjiżna nerġgħu nibdew insebbħuh u verament inpoġġuħ fuq saqajh. Pajjiżna irid ikun qed joffri esperjenzi differenti lil min irid jiġi jinvesti. Pajjiżna irid ikun attrazzjoni fih innifsu. Dan il-ħafna bini bla sens, kaxxa fuq kaxxa, mhux sostenibbli. Żgur mhux se jkun qed joffri binjiet ta’ kwalita’ lil min irid jiġi jinvesti u jgħix f’Malta. Il-prodott Malti mhux joffri xejn ta’ valur miżjud għal min ġenwinament irid jiġi jinvesti hawn u dan jgħiduh il-barranin stess.
Huwa diġa’ ta’ diżunur għall-pajjiżna li wasalna biex nittallblu ħalli ma jinkuduniex fil-lista l-griża ma dawk il-pajjiżi li ma jikkopaerawx fejn jidħlu miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terrorimu. Pajjiżna b’hekk biss diġa’ ma baqax jittieħed bis-serjeta’. U dan kollu jirrifletti fuq il-qasam tal-investiment barrani u l-impiegi f’pajjiżna.
Comments