Il-qawl Malti "Alla Jagħlaq bieb u jiftaħ mija" huwa l-mod ta’ kif irridu nibdew naħsbu. Verament faċli li wieħed iħares biss lejn il-ħażin u jikkonċentra fuqu. Il-Malti jgħid ukoll li l-aktar ħaġa li jittieħed huwa l-qrid. Imma sabiex verament nimxu ‘l quddiem irridu nfittxu u noħorġu t-tajjeb minn dak li tkisser f’dak kollu li hemm ħażin. Il-pandemija tatna ħemel ta’ sfidi, imma jekk irridu nkunu onesti magħna nfusna, il-pandemija tagħna possibiltajiet alternattivi. Ħaġa waħda fost dawn hija l-opportunità għal dawk il-ħaddiema li setgħu jibdew jaħdmu mid-dar. Bis-saħħa tal-pandemija eluf ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin taffew it-tbatija, dwejjaq, distress u rutina kontinwa ta' kuljum sabiex imorru fuq il-post tax-xogħol. Dan tahom l-opportunità jtejbu l-bilanċ bejn id-dar u x-xogħol, iżjed flessibiltà u livell mingħajr preċedent bħal qatt qabel ta' awtonomija.
81% ma jridux imorru lura għax-xogħol kif kienu, jew jippreferu bilanċ bejn it-tnejn.
U tiskanta li minkejja xitwa sħiħa ta' ZOOM meetings li donnhom ma jispiċċaw qatt, sessjonijiet diffiċli ta' home schooling u inkwiet ta' iżolament, riżultat ta' stħarriġ maħruġ mill-Harvard Business School, juri li l-maġġoranza lanqas biss jikkonsidraw li jerġgħu lura għax-xogħol b'mod permanenti wara l-pandemija. Anki numru kbir ta' dawk li jħaddmu huma ambivalenti li jaraw li kollox imur lura għan-normal. Hemm min qed jara dan bħala opportunità ġdida fejn jista' jiffranka ħafna flus u dawn jerġa’ jinvestihom fil-kumpanija stess.
Dan l-istħarriġ ta Harvard Business School juri li
· 81% ma jridux imorru lura għax-xogħol kif kienu, jew jippreferu bilanċ bejn it-tnejn.
· 27% jixtiequ jibdew jaħdmu b'mod remot mid-dar
· 18% jixtiequ jmorru lura għax-xogħol b'mod normali u minn dawn
o -Ġenituri jridu jmorru lura iżjed minn dawk bla tfal
o -Miżżewġin jixtiequ jmorru għax-xogħol iżjed minn mhux miżżewġin
o -51% mhux komdi jmorru lura qabel ma jieħdu l-vaċċin
o -71% mhux komdi jmorru lura qabel kulħadd jkun ħa l-vaċċin
o -54% jistennew li jkun hemm distanza soċjali ta' 2 metri u li kulħadd jibqa’ jilbes il-maskra protettiva
B’riżultat ta' dawk li ħadmu mid-dar insibu li
· 1 minn kull 3 sabu li kienu aktar kapaċi jiffokaw fuq ix-xogħol mid-dar milli mill-uffiċċju jew mill-post fejn jaħdmu.
· 35% sabu iżjed ħin biex jiffokaw fuq tkabbir professjonali tagħhom.
· 34% ħadu kors online sabiex jtejbu l-karriera tagħhom.
· 54% kielu ikel iżjed tajjeb għal saħħithom
· 50% kellhom iżjed ċans jaqraw
· 70% qattgħu iżjed ħin mal-familja
Din l-aħħar sena, setgħet intużat biex anki f'pajjiżna nagħmlu stħarriġ dettaljat simili u noħolqu pjan strateġiku nazzjonali bi proposti kalkulati fuq riċerka dettaljata tal-mod kif stajna nieħdu vantaġġ mill-pandemija. Minflok il-Gvern spiċċa jikkonċentraw biss fuq kif ser indawru l-opinjoni pubblika biex jidher sabieħ. Dan missu sar b'mod parallel max-xogħol sabiex negħlbu l-isfidi u niġu lura fuq saqqjna. B'hekk stajna nkun fuq ta' quddiem nett fost pajjiżi ċivilizzati lesti biex noffru alternattiva ta' riżors uman għal dawk li jridu jinvestu. Kien ikollna ċans tad-deheb sabiex inkunu fuq ta’ quddiem nett li nagħrfu l-isfidi li jiġu mat-teleworking u flexi work.
Riskji
Mhux kollox ward u żahar għax hemm numru ta' diffikultajiet marbutin ma' dan wkoll. Fosthom hemm riskju li qed dejjem jiżdied ta' problemi psikoloġiċi, problemi ġodda bħal contractual distincing, fejn ħafna ħaddiema barranin mhux mill-Unjoni Ewropea jistgħu jaħdmu hawn mingħajr ma jgħixu hawn. Din toħloq sfida ġdida li rridu nidentifikaw u noħolqu leġislatura sabiex nissalvagwardjaw l-impjiegi Ewropej.
Dan kollu qed jioħloq norma ġdida ta' kif naħdmu u allura anki l-liġijiet u r-relazzjonijiet industrijali jridu jiġu aġġornati. Dan kollu jaf jirrikjedi iktar flessibbiltà mill-ħaddiema. Dan jaf jibda jżid il-firxa għal dak li jissejħu li huma platform workers. Stħarriġ ta' McKinsey juri li 70% ta' min iħaddem qed ifittex biex jimpjega aktar ħaddiema jaħdmu għal rashom. Dan ifisser li ħafna mill-kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol li ħdimna għalihom bħal siġurtà ta' impjieg, drittijiet tax-xogħol u tal-impjegati, ugwaljanza ta' pagi u kundizzjonijiet, equal pay for equal work fost affarijiet oħra jispiċċaw.
Għalhekk huwa importanti li jiġi identifikat kif nistgħu noħolqu paġna ġdida għall-ħaddiema tagħna, b’responsabbilità , determinazzjoni u viżjoni ċara fejn irridu nwasslu l-ħaddiema għal ħajja ta’ kwalità aħjar.
留言