top of page

Noħolqu Vizzjoni...u nibnu futur Flimkien

Updated: Oct 25, 2020



Din il-ġimgħa, kelli għal darba oħra opprtunita' flimkien mall-Kap Dr Bernard Grech u is-Shadow Ministers tal-PN u sħabi ta' fergħat oħra, iltaqajna mall-Unions u imsieħba soċjali ta’ pajjiżna. Bħal ma spjegajt dan mhux l-ewwel esperjenza, bħala president tal-SĦPN tul dawn l-aħħar snin, kelli diversi opportunitajiet sabiex naqsam ideat, proposti u vizzjoni għall-futur aħjar għall-ħaddiem Malti.

Din is-sena hija waħda partikolari, fejn l-effett negattiv fuq l-ekonomija ta pajjiżna li ħalliet il-pandemija,tagħtina sfida kbira sabiex tidentifika fejn morna ħazin, u kif irridu nibnu vizzjoni ġdida flimkien għall-pajjiżna. Meta ngħid flimkien qiegħed propju nirreferi għall Unions ta’ Pajjiżna, ir-rappreżentanti tal-Ħaddiema u dawk li nħadmuhom. Irridu naħdmu flimkien u ngħarfu il-bżonnijiet ta’ dinja ġdida li qiegħda tinbidel b’rata m'għaġla ħafna. Smajt din id-darba il-Unions tagħna jispjegaw kif is-settur ta’ħaddiem tiegħu ġie effetwat bil-COVID19, x’mpatt dan ser jħalli fuqhom u l-familji tagħhom, is-sfida li għanna quddiemna mhix waħda faċli pero nemmen li mhux impossibbli l-anqas.

Vizzjoni...

Dan xi ħaġa li sa issa il-gvern preżenti għadu ma writniex, għadd ma jafx fejn sejjer, ħadd ma jaf x’hinu l-pjan, fejn ser naslu bil-pjan u lanqas biss jekk hemm pjan! Kullħadd jistaqsi fejn sejrin? u sabiex ma jidher ikraħ ma ħadd għall Gvern l-eħfef ħaġa hi li ma jwiġibx.

Il-Partit Nazzjonalista nieda dokument tal pre Buget għal darba oħra. Fiħ hemm ideat kollettivi ta numru ta fergħat tal-Partit u deputati li flimkien ħriġna numru ta proposti immirati u ffukat fuq il-problemi li ħalla l-COVID19 kif wkoll problemi li ħoloq il-Gvern bin-nuqqas ta vizzjoni tiegħu.

Vizzjoni ma tistax tiġi minn faxxa waħda biss, vizzjoni għall-pajjiż trid tkun waħda kollettiva, ħadd ma jista’ jkun espert f’kollox u huwa għallek l-importanza li nisimgħu u ningħaqdu flimkien mas-soċjeta' ċivili u unions, illum iktar min qatt qabel irridu l-kulħadd. Il-Vizzjoni ta’ fejn sejrin u fejn irridu inkunu bħala pajjiż għada, huwa importanti daqs kemm hu importanti kif ser ngħelbu u nibqu' għaddejjin waqt il-kriżi ta COVID19.

Ideat

Socjeta’ ċivili, Unions, assoċjazzjonijiet fil-passat kollha taw l-ideat u proposti tagħhom ta’ kif nistu' nimxu il-quddiem. Dejjem ġabu l-interess ta dawk li jirrappreżentaw l-ewwel kif inhu xieraq. Illum forsi b’differenzi naraw Unions, jipproponu ideat wkoll ta kif insalvaw minflok nimxu l-quddiem biss, li nissalvaw għandu jkun l-ewwel fażi. It-tieni fażi jrid jkun kif ser nergu' nibnu setturi li għana biex jkunu validi f’dinja ġdida, u kif ser niddiversifikaw kif wkoll noħolqu setturi, impjiegi ġodda li jixraq il-poplu tagħna. Waħda mill ideat li nixtieq li nara hu l-introduzzjoni tal-living wage, oħra definittivament huwa l-introduzzjoni ta’ tieni pilastru tal-pensjonijiet, għajnuna għal start-ups ġodda, ninvestu serjament fir-riżorsi umani tagħna. L-edukazzjoni u level edukattiv huwa kruċjali, definittivament ser jkun element li jista' jgħattina vantaġġ sabiex nittrattaw setturi ġodda u investiment f’riċerka fl-immedjat sabiex narfu' setturi ġodda u nibdew ninvestu u nużaw dan iż-żmien biex niddiversifikaw il-ħiliet tal-ħaddiema tagħna. Flimkien ma għandi l-ebda dubju li naslu.

10 views0 comments

Recent Posts

See All

Σχόλια


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page