top of page

Ninvestu iżjed fl-Innovazzjoni u Talent Malti.


Mhux ser ngħid xejn ġdid, l-ekonomija żgur mhux ser jirpilja mill-ewwel, u żgur li ser jkun hemm żminijiet ibsin ħafna fejn bħala poplu irridu ningħaqdu sabiex nibqgħu rassna il-fuq mill-ilma. Il-Malti dejjem kien, għadu u jibqa' reżiljenti, flessibbli u mimli ideat ġodda. Meta tgħix fuq gżira ma tantx għandek għażla oħra. Minħabba li għamilna żmien twil b'nuqqasijiet serji fejn ma kont issib xejn, kulħadd kien jara kif ser jaddatta, u jivvinta sabiex jkun jista' jaħdem u jikkompeti xorta waħda. Dan tnissel minn ġenerazzjoni waħda għall-oħra, ġie parti mit-trobbija tagħna, karatteristika tagħna bħala Maltin. Ippermetuli nispjega ftiti f’dan l-artiklu fejn qiegħdin... u fejn nixtieq li immorru...




Meta wieħed jaqra ftit lis-statistika li toħroġ l-NSO, li huwa department tal-gvern u allura ma jistax jmeri, in-numri, u riżultati, wieħed jista' jara li kien hemm tnaqqis ta trade defisit ta miljuni! Tnaqqis ta €4.8 miljuni mill-importazzjoni mill-Ewropa u Tnaqqis ta €9.9 miljuni oħra mill-esportazzjoni. Dawn ir-riżultati huma ta Jannar 2020 qabel ma faqqset il-pandemija COVID 19! dan jfisser li Malta ppproduċiet inqas.


Min-naħa l-oħra issib li l-RPI (Retail price index) dan huwa l-kejl ta inflazzjoni, jiġfireri kemm togħola l-ħajja. Insibu li kollox kwazi għola, speċjalment dawk l-affarijiet li nużaw l-iżjed bħal ikel, xorb u transport forst ħafna affarijiet oħra. Kien hemm żidiet ta 2.15% fl-ikel, 1.04% fit-trasport, u dawn l-istatistici wkoll huma qabel il-pandemia.


Din il-ġimgħa f'artiklu f'ġazzetta lokali kien hemm intervista mac-CEO tal-BOV Rick Hunkin. Fejn dan qal li minħabba ir-reputazzjoni ta pajjiżna, dan għandu effett negattiv fuq l-investiment barrani, hemm possibilita serja li kumpaniji tal-gaming tal-fintech u ħafna oħra jżarmaw u maħħhom jispiċċaw eluf ta' impjiegi. Forsi tistaqsi imma x'inu l-punt ta dan kollu? il-punt hu jekk mhux ser naraw kif nistgħu noħolqu impjiegi ġodda ta' valur miżjud, ta' kumpaniji ġodda ta'ideat innovattivi fejn pajjiżna jibda jkun fuq ta'quddiem fit-teknoloġija, fejn nistgħu anki nesportaw teknoloġija magħmula minn ħaddiema Maltin u nesporta din it-teknoloġija u l-ideat tagħna. jekk mhux ser nagħmlu dan, nistgħu nippreparaw għax ser nerqu.


Ninvestu iżjed fit-teknoloġija lokali, ninvestu iżjed f'start-ups Maltin


Dan li qiegħed ngħid jien mhux xi inventazzjoni ġdid, mhux qiegħed niskopri xi ħaġa li mhux diga teżisti. Ninvestu iżjed fit-teknoloġija lokali, ninvestu iżjed f'start-ups Maltin. Ngħatti inizjattivi aħjar lil dawn, kif wkoll nies li jixtiequ jinvestu f'dawn! noħolqu sitwazzjoni li huwa fl-interess tal-Maltin li jinvesti f'dawn lis-Start-ups kumpaniji ġodda Maltin sabiex jkunu jistgħu jwettqu il-massimu tal-potenzjal tagħhom! inizjattivi tat-taxxa jekk int tinvesti f'start-up, għalfejn le? bħal ma nagħti inizjattivi fis-settur tal-kostruzzjoni għandu jkun hemm wkoll dawn it-tipi ta' inizjattivi sabiex mhux biss inħajjru iżjed talent Malti, innovazzjoni Malti, teknoloġija Maltija pero' nara kif inżommuhom Malta! ma nitilfuħx ! is-suċċess ta dawn jfisser aktar impjiegi.


Per fil preżent minħabba li dawn mhux qiegħdin issibu bibien miftuħa f'pajjiżna, qiegħdin jirrikorru għall-barra il-pajjiż. Għall-pajjiżi barrani, fejn huma qiegħdin jaqtgħu il-frott ta'edukazzjoni u talent Malti...u aħna x'qiegħdin nagħmlu biex inwaqfuħ dan? XEJN! Pajjiżna għandu brain drain serju, talent qiegħdin nitilfuħ, għax mhux noħolqu ambjent fejn dawn in-nies , il-ħaddiema ,it-talent lokali jimraħ. u dan li irridu nagħmlu aħna. noħolqu ix-xogħol hawn u nesportaw dak it-talent ,dawk l-ideat tagħna li min ċkunitna l-abbilita li nikkrejagħ kien hemm, li għalkemm ġejjien żmienijiet koroħ bl-ideat Ġodda tagħna nistgħu inżommu fil-wiċċ... anżi immorru aħjar.


60 views0 comments

Recent Posts

See All

コメント


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page