top of page

Qalbi mal-Ħaddiema

Kienu ħafna dawn il-ħaddiema li kellmuni fuq tbatijiet differenti li għaddejin minnhom fuq il-post tax-xogħol. Il-fatt li jien ħaddiem bħalkom naf eżatt u nifhem dak kollu li għaddejin minnu. Kien għalhekk li ddeċidejt li nżid sehemi fil-politika għax nemmen bis-sħiħ li nista’ ntejjeb il-kwalita’ tal-ħajja ta’ tant u tant ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom. F’dawn il-ftit sentenzi se nsemmi uħud minn dak li tkellimna dwaru u li se nkun qed nagħmel ħilti kollha biex l-inġustizzji u d-diskriminzzjoni li batew u qed ibatu minnhom mijiet ta’ ħaddiema nisgura li ssir ġustizzja jekk mhux issa, imma żgur meta jkun hemm Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.


Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema fid-dipartimrnti tal-Gvern li majistgħux jiftħu ħalhom għax m’għandhomx il-liberta’ li jagħmlu dan u jibżaw minn xi inġustizja. Ħaddiema li jridu jsofru fis-skiet u jisimgħu l-ħin kollu lil dawk il-kollegi li jappoġġjaw lil dan il-Gvern u li ma jistgħux jirrispondu lura għax inkella jbatu l-konsegwenzi.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li huma gradwati li jaħdmu mal-Gvern jew f’kumpaniji tal-Gvern u li l-ħħin kollu jinqabżu minn dawk tal-qalba. Anke saħansitra jinqabżu minn min kważi m’għandu kwalifiki ta’ xejn. L-unika kwalifika li għandu tkun li hu midħla sew ta’ xi ministru jew ta’ xi direttur.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li ma jingħatawx iċ-ċans bħal ħaddieħor sabiex javvanza fil-karriera tiegħu għax postu il-ħin kollu jittieħed minn dawk tal-qalba.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li kontinwament jaqilgħu transfers minn post għall-ieħor ħafna drabi għal xi raġuni redikola jew “għall-esiġenza tad-dipartiment”.

Qalbi hi ma dawk il-ħaddiema li tant iħossuhom abbużati u diskriminati li qed jistennew is-siegħa u l-mument li jitilqu u jippruvaw isibu impieg li jtihom iktar sodisfazzjon u pagi aħjar.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema tal-AirMalta li għaddejjin minn qtigħ ta’ qalb kontinwu minħabba diċizjonijiet ħżiena ta’ dan il-Gvern.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li tilfu l-impieg tagħhom għal- kollox jew tilfu x-xogħol part-time jew l-overtime. Ħaddiema li tilfu dak id-dħul żejjed li bih kienu jiggarantixxu għjxien diċenti għall-familji tagħhom għax il-paga tagħhom mhix biżżejjed.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li matul l-aħħar sena u nofs kellhom jgħaddu b’€720 u inqas fix-xahar tal-wage suppliment. Ħaddiema li jgħxu fil-kiri jew li għandhom loan xi jħallsu, jew ħaddiema li d-dar għandhom problemi ta’ saħħa fost xi membru tal-familja tagħhom.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li biex jagħlqulhom ħalqhom u jgħidulhom li qdewhom tawhom impieg ta’ €800 fix-xahar mingħajr sodisfazzjon ta’ xejn.

Qalbi hi ma’ dawk il-ħaddiema li sfortunatament, mingħajr ma jindunaw, jintużaw minn esponenti Laburisti purament għall-skopijiet politiċi, biex filwaqt li dan il-ħaddiem ikollu paga fl-inqas skali ta’ dak li jħallas il-Gvern, dawk li jkunu qed jinqdew bihom jibqgħu jimpalaw l-eluf ta’ ewro fix-xahar f’pagi u konsulenzi.

Qalbi hi ma dawk il-ħaddiema li sfortunatament mhux jieħdu l-istess bħall ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol bħalhom fl-istess post tax-xogħol.

Qalbi hi ma dawk il-Ħaddiema li naf li jixtiequ jtebu ix-xogħol tagħhom pero mhux jsibu alternativi ta’ impjieġ ta iżjed valur, ta aktar kwalita’.

Ħbieb, dawn huma ftit minn dak kollu li smajt u li qed nisma’ ta’ kuljum. Se nkun qed nagħmel l-almu tiegħi kollu, u nagħti saħti kollhha sabiex il-ħajja tal- ħaddiema Maltin u Għawdxin fuq il-post tax-xogħol tkun tixraq lil kull wieħed u waħda minna. Fuq kollox se nagħmel ħilti biex kull inġustizzja tissewwa. Irrid nara li l-impjieg tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u l-kundizjonijiet fuq il-post tax-xogħol jkunu l-aqwa u l-aħjar, ta dinjita’ li verament jixraq il-ħaddiema tagħna biex jkunu jistaw jimxu l-quddiem.


35 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page