Għada uffiċjalment niċċelebraw Jum il-mara, bla ebda dubju li bejn illum u għada il-medja soċjali ser jkun mifqugħ b'messaġġi ta irringrazzjament tax-xogħol paċenzja u determinazzjoni li għandhom in-nisa tagħna. L-ewwel wieħed ser jkun jien li għandi l-opportunita li nara b’għajneja il-kapaċitajiet, qulitajiet tan-nisa kemm fuq il-post tax-xogħol pero anki barra il-post tax-xogħol.
Jien u nikteb dan l-artiklu meta kont qiegħed nagħmel ftit riċerka sirt naf affarijiet li ikolli ngħid bqajt mistaġeb biegħhom.Bħal per eżempju mara taqla' 10.6% inqas min raġel. "gender pay gap" dan jfisser li għal kull euro li jaqla' raġel mara għall-istess xogħol ħafna drabi taqla 0.90c. Barra minn hekk il-mara hija ferm iżjed fil periklu li taqa' fil-poverta'. Għalkemm hemm iżjed gradwati nisa mill-Universita' huwa iżjed diffiċli li mara tiġi impjegata minn raġel. Qrajt li Malta għanda fost l-inqas rati ta nisa fl-Ewropa, skond il-Eurostat 64% taħt il-medja ta E.U u 22% inqas mill-irġiel.
Gender Pay Gap
Tant hemm xi tgħid fuq dan, li nitħawwad min fejn ser naqbad nibda'... hemm differenza bejn il-flus li taqla' mara u raġel ta' 10.6%, dan ma hemm għall-ebda' raġuni valida! kullħadd sema' bil-prinċipju ta' equal pay for equal work. Pero mid-dehra dan il-prinċipju intrema għall-kollox fuq kull level, anki bejn in-nisa u irġil. Il-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) sabet numru ta' irregolaritajiet f'pagi ta' ħaddiema nisa, li jagħmlu l-istess xogħol ta' irġiel u rebħet numru kbir ta każi li jirrizulta f'żieda konsiderevoli għall-dawn in-nisa. Imma jkolli nistqar li hemm ħafna li irridu nagħmlu u hemm hafna li baqagħna x'nagħmlu sabiex dan in-numru innaqqsuħ għall- 0%. Il-problema hi li bħal issa minflok qiegħed jiċkien dan il-perċentwal qiegħed jikber. Statistika turi li dan kiber min 7.8% in 2007 to 12% in 2017. Dan kiber bit-tkabbir tan-nisa fuq il-post tax-xogħol. Pero den x;jfisser? dan jfisser li ma hawnx il-miżuri li hemm bżonn, sabiex dan jieqaf sabiex din l-isfida negħilbuha. Dan jfisser li mhux qiegħedin inkunu gusti man-nisa fuq l-ant tax-xoghħol mhux inkejli bl-istess kejl.
X’jista jsir?
Il-kummissjoni Ewropea għamlet talba sabiex jkun hawn dak li jsejħulu pay transperency, dan x'jfisser? dan jfisser li jkun hawn trasparenza totali fil-pagi tal-ħaddiema, kemm irgiel kemm nisa. UNions tal-Ħaddiema kemm UĦM voice of the workers kif wkol il-GWU it-tnejn ħarġu kompletament favur dan il-prinċipju, ovvjament hija waħda trasparenti għall kollox. L-Unjoni Ewropea wkoll implementat regolament sabiex il-pagi jkunu jistgħu jiġu aċċessati il-pagi anki ta sess differenti li jagħmlu l-istess xogħol.Sfortunatament rapport mill-European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions sabet li Malta hija fost 12 il-pajjiż li għadhom mhux japplikaw din ir-regola.
Apparti minn hekk l-Unjoni Ewropeja implementat numru ta ligijiet ġodda li jħarsu il-work life balance tal-ħaddiema. Tajjeb li infakru li dawn ġew xprunatti mill- MEP David Casa fosthom dawn hemm liġijiet tajbin fejn intejjbu il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tad-dar. fejn intejjbu il-kwalita' tal-ħajja, li jinkludu wkoll 10 t'jiem sahra għall missirijiet bħala sahra parentarali. sfortunatament, f'Unjoni Ewropeja 13% biss jutilizzaw dan, u din hija waħda mill-isfidi li jridu jiġu ndirizzati.
Ir-Rwol tar-Raġel
Punt fejn naħseb ħafna drabi, meta jsir diskussjoni, l-irġiel jitħallew barra. Ir-rwol tar-raġel huwa essenzjali sabiex naraw il-mara jkollha id-drittijiet kollha ugwali, li verament naraw in-nisa fuq l-istess level tar-rġiel. l-irġiel irridu inkunu iżjed u iżjed involuti. Kemm fid-diskussjoni pero wkoll fil-ħajja tal-familji tagħna. It-tfassil ta miżuri, ideat u ħsibijiet ta kif mhux biss intebbgħu is-sitwazzjoni preżenti pero għall-kollox nirredikaw kull differenza,jrid jiġi kemm min-nisa pero wkoll mill-irġiel. l-irġiel jridu jkunu parti integrali tad-diskussjoni. l-involviment tal-irġiel huwa importanti għax huwa biss bill ko-operazzjoni tat-tnejn. li nifhmu li it-tnejn irridu naħdmu flimkien sabiex niżguraw li jkun hawn gustizja. Il-famuż bilanċ huwa element importanti jekk irridu naraw id-differenzi jiġu eliminati.
Waħda mill-problemi għalfejn teżisti id-differenza hija il-fatt li in-nisa huma aktar suxxettibbli li jkunu assenti għal żmien min fuq ix-xogħol tul il-karriera tagħhom. Tul l-aħħar 6 snin aktar min 30,000 mara reġġu daħlet lura fis-settur tax-xogħol tagħhom. dan jfisser li il-maġġoranza dan huwa waqfa mhux permanenti. hemm wkoll il-fatt li in-nisa huma sa llum iżjed li qiegħdin jkunu huma li jieħdu ħsieb it-trobbija tat-tfal u r-responsabbiltajiet tad-dar. Ħafna drabi dan jfisser li numru kbir ta nisa jerġġu jidħlu fid-dinja tax-xogħol bħala 'part time' fil-fatt in-nisa jaħdmu medja 22 siegħa f'siegħat mhux maħduma fil-gimgħa fejn l-irġiel jaħdmu biss medja ta 9 siegħat mhux maħduma.
Il medja wkoll għanda ir-rwol tagħha wkoll. L-Immaġini li tagħti il-medja ta' dak li hu jew mistenni, jew dak li huwa soċċjalment aċċettabbli jifforma il-perċezzjoni tas-soċjeta. F'Pajjiżi oħra tal Unjoni Ewropeja sabu li meta tiżdied il-minimum wage, u jew anki tiġi introdotta il-living wage , dan awtomatikament jnaqqas id-differenza fost dawk in-nisa li jaqalaw ftit. Imma xorta jkun hemm tnaqqis. din hija raguni oħra valida għalfejn għandu jkun hemm diskussjoni serja fuq il-Living Wage.
In-Nisa u l-COVID
In-Nisa jammontaw għal kważi l-maġġoranza assoluta ta ħaddiema li qiegħdin fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-pandemija. 76% fis-settur mediku, 93% Child Car, 86%Personal Care u 95% domestic cleaners. In-Nisa li qiegħdin jerfgħu l-iżjed fuq spallithom ir-responsabilta ta' dan il-pandemija. Pero dan wkoll jġib miegħu stress mentali. studju juri li waqt din il-pandemija in-nisa raqdu inqas mill-irġiel, iktar ħin mat-tfal minħabba online teaching, iżjed ħin fit-tindif tad-dar, u inqas ħin għal divertiment u ħin liberu.
Baqqa x'nagħmlu, baqqa ħafna. dan l-artiklu ġabni iżjed konxju minn dak li qiegħed jsir u minn dak li jrid jsir. ġabni iżjed konxju minn xiex jgħaddu in-nisa kuljum, diffikultajiet li aħna l-anqas biss nimaġinaw għax tul ħajjitna qatt ma kellna għalfejn. Ġabni iżjed konxju kemm ħaqhom apprezzament in-nisa tagħna. nixtieq nieħu l-opportunita sabiex nirringrazzja in-nisa kollha b’mod speċjali l-mara tiegħi, grazzi mill-qalb Corinne...issa fhimt.
Comentários