top of page

Niġġeneraw iżjed impjieġi, naħsbu barra l-kaxxa

Updated: Oct 25, 2020



Fiż-żmien li qiegħdin nixgħu bħal issa, huwa żmien diffiċli għall ħafna familji Maltin, tajjeb li nistaqsu jekk dawk li suppost qiegħdin jaħdmu għall-interessi tagħna huma qiegħdin jagħmlu dan jew le? L-interessi tagħna qiegħdin jigu imħarsa? Il-politika tal-gvern, hija politika li qiegħda tħares lil dawk li huma l-iżjed fil bżonn? Qiegħed jsir ħidma mill gvern sabiex anki issa f’żmien diffiċli ħadd ma jibqa’ lura?

Il-Labour Force Survey tal-NSO (li huwa immexxi mill-gvern) juri li il-qaghad żdied min 3.6% għall-4.1% , il-persentagg ta żgħażagħ bla xogħol huwa ta 9.5%. Pero fiċ-ċirkostanzi wieħed jkollu jifhem li jkun hawn min sfurtunatament jitlef xogħolu, u nawgura li dawn il-ħaddiema tagħna jergaw jsibbu xogħol mill-aktar fis-possibli.... pero sabiex jagmlu dan il-gvern jrid jagħmel il-parti tiegħu wkoll. F’dawn l-aħħar 7 snin ma rajniex settur wieħed ġdid ta impjieg, ma rajna l-ebda tiġdied.. ma rajna xejn. Rajna ekonomija mibnija fuq it-tafal u mall-ewwel mewġa, tkisser kollox.

Reputazzjoni Imfarka

Sabiex inħajru investituri barranin f’pajjizna, jrid jkollom serħan il-moħħ li fejn ser jinvesti ser jkun stabli, li ser jagġmel investiment fis-sodd. Anki qabel il-COVID19 pajjizna kellu problema enormi. Il-korruzzjoni f’pajjizna farrak għall kollox ir-reputazzjoni tagħna. Pajjiz fejn il-gvern ħattaf taħt idejh l-istutazzjonijiet kollha, mhux normali, fejn t’assasina gurnalista għax tikxef l-erq ta’ dan il gvern, mhux normali, pajjiz li f’Frar 2020 fil Financial Secrecy index ġie klassifikat bħala r-raba’ l-akbar gurisdizzjoni segrieta fl-UE, mhux normali, fejn Economist intelligence Unit ddiskrivi l-Malta bħala flawed Democracy, mhux normali, u fejn il-possibilta li niħu gery/black listed hija reali u l-pillastri tal-investiment Malti jisparixxu, mhux normali. Dawn kollha, zgur ma jħajrux investaturi serji u stabli jiħu lejn pajjizzna. Minħabba f’hekk irridu inkunu aħna li niħeneraw impjiegi ħodda, xogħol ġdid għall-ħaddiema tagħna.

Setturi ġodda ta impjieg.

Li twassal għar-raguni li ktibt dan l-artiklu, mhux biex immaqdar pero sabiex nipproponi, aħax min jħobb il-pajjizu, min jrid il-ġidd hekk jagħmel. Bħala President tal-SĦPN, naħseb li jagħmel sens li nikontrabwixxi b’ideat kif nistaw bħala pajjiz navvanzaw, għax inkella kif nistaw nippredendu li il-poplu jarana bħala alternativa?

Wieħed mis-setturi li jien determinat li narra jirrnexxi u bla ebda dubju hemm bżonn, huwa dak tal-Green Jobs. Impjieg sabiex inħarsu l-ambjent ta’ pajjizna, li qed narraw jiġi sfrutat ta kuljum. Il-woodlands ta pajjizna qiegħdin jiġu stuprati u mhux qiegħdin nagħmlu xejn sabiex inwaqfuħ. Green Jobs bħal Rangers, li b’pjaċier ngħid li kont wieħed minn dawkli tlabt li dawn jsiru, u sa fl-aħħar smajna li ser nibdew. Sfurtunatament dawn ser jkunu sitta biss, li żgur mhux biżżejjed sabiex inħarsu iż-żoni kollha ta’ pajjizna. Irridu narraw li dawn jkollhom biżżejjed risorsi sabiex jagħmlu xogħol b-serijeta’ li jkollhom ligijiet lesti sabiex jkunu jistaw jinfurzaw u jgħamlu xogħolhom bis-serijeta’. Green Jobs ohrajn jinkludu riċerka sabiex narraw kif nistaw inaqsu l-Carbon footprint f’pajjizna u noħolqu iżjed ġid permess ta dan is-settur u kif nistaw nigenneraw energija iżjed nadifa. Dawn it-tip ta impjieġi jinkludu iżjed investiment u xogħol fis-settur tal-Aggrikoltura. Fejn fl-EU hemm tkabir ta 10.5% pero sfurtunatament f’Malta qiegħdin nistennew li dan is-settur jmutt mewta naturali għax ma ħadniex ħsiebu. Nistaw niftħu iżjed għall infrastrutura ħadra, fejn inħajjru iżjed area’s urbani jsiru ħoddor, dan jiġennera ħafna iżjed impjiegi b’investiment lokali.

Settur iehor li wkoll għandu x’jaqsam l-infurzar, huwa dak tas-sahha u sigurta kif wkoll tal-bini. Ħadd ma jista jgħid li ma hemmx bħzonn iżjed infurzar tar-regolamenti f’dawn is-setturi. Mis-servey li inħareg mill-Awtorita’ tas-saħħa u sigurta insibu li l-fatalitajiet kollha (21 b’kollox) li sarru fuq postijiet tax-xogħol sarru fuq postijiet ta-kustruzzjoni f’2018, u rajna żieda qawwija wkoll f’dawn l-aħħar sentejn. F’2018 insibu 3,252 prsuna li weġa fuq il-posta tax-xoghol. Hemm bżonn li dan jitnaqsu , u parti min dan huwa l-infurzar ta’ best practices fuq il-post tax-xoghol. Jiġi wkoll mit-taħrieġ serju, ma jistax jkunn li nibqaw nagħmlugħa tal-cowboys. Ma għandi l-ebda dubju li kwalunkwe impjegatur mhuz lest li jagħmel kollox sabiex jkollu moħħu mistrieħ li mhux ser jsir aċċidenti fuq il-post tax-xogħol. Dan huwa fl-interess ta -kulħadd.

U ma dawn kollha hemm it-tagħalim, nistaw ninvestu f’korsijiet ġodda, fl-Mcast u instututzjonijiet oħra f’dawn is-setturi ġodda ta impjieġ biex inkomplu nibnu l-ħaddiema tagħna, inżiedu il-ħiliet tagħhom, nibnu poplu divers u kappaċċi jilqa l-isfidi ta’ għada.

Id-dinja qiegħda timbidel, u aħna jew ser ngħaġlu sabiex inlaħqu mat-tbidiel, jew nibqaw l-art. Irridu inkunu lesti li narfu x’jrid jsir sabiex pajjiezna, il-poplu, il-ħaddiema tagħna ma jibqawx lura. Sabiex verament jkun l-aqwa mhux nużaw din bħala slogan u l-ghada tal-elezzjoni ninsew, imma naħdmu sabiex nagħmluħ realta’.

14 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Give me your feedback!

Your feedback is essential, it will help me understand better your needs and what you really expect. I am here for you! I want to be your voice in Parliament, I want to take a new approach to ensure your concerns, your proposals and your ideas are heard. 

bottom of page