Kull persuna, għaqda, u definitivament partit politiku għandu jiġi ġġudikat mhux biss fuq dak li wiegħed pero' żġur u mhux forsi fuq dak li jwettaq! Imma għalfejn qiegħed nikteb hekk? Għax jekk il-poplu Malti għoġbu dak li sema fl-2013, u emmen li dan kien l-aħjar għal pajjizna, u ibbaża il-vot tiegħu (bħal ma nemmen li għamlu ħafna) fuq il-ħafna wegħdi buzz words u lip service tal-Partit Laborista. Għandu issa wkoll jiggudika jekk dawn kienux biss verament paroli jew jekk verament twettqu! nistgħu nagħmlu ftit analiżi ta dak li wiegħed il-PL.... u x’vera sar.
1. 1. Labour: Biex il-Ġid jinqasam aħjar bejn ħafna. Min ma jistax jiftakar dan il-bilboard? kemm hemm minnkom li verament taħsbu li din il-wegħda twettqet. Li l-ġid inqassam ugwali bejn il-Maltin? kemm smajna każijiet fejn sar iffangar ta numru ftit ta nies min flus il-poplu. fejn ex-ministru Konrad Mizzi u Kieth Schembri raw kif jagħmlu biex jimlew bwiethom ma l-ewwel ġurnata li beda l-labour! il-faqar sploda f’pajjizna Malta bir-raba’ l-ikbar żieda fir-rata ta’ nies fir-riskju tal-faqar u esklużjoni soċjali. Eurostat hekk irraportat li hemm aktar min 82,728 persuna li jaqalagħu inqas min €9,212 fis-sena... u labour jiftaħar bis-surplus!
2. 2. Labour: Għax nemmen fil-Meritokrazija. Dan eżatt, eżatt x’tifhem bija? jien nifhem li kulħadd jitpoġġa fuq l-istess livell, li ma inħarsu lejn wċuħ, u kuluri politiċi. Li jekk stinkajt sabiex itejjeb lilek innifsek tiġi premjat, li min hu l-aktar kwalifikat jieħu dak li ħaqqu. Hekk sar? żġur li le! minnflok mhux min hu l-aktar kwalifikat imma minnu l-aqwa jħawwel! lil min taf mhux kemm taf!, kull persuna li qiegħed jaqra dan l-artiklu jaf jew jiftakar xi ħadd li qabes xi ħadd iktar kwalifikat minnu, għax laburist tal-qalba. kemm smajna “tista' ma taqbilx magħna imma tista taħdem magħna” nistaqsi jien, hekk sar jew le?
3. 3. Labour: Għax Hawn bżonn bidla fid-Direzzjoni. Tiftakruha din ...issa id-direzzjoni x’ini? Korruzzjoni, faqqar, l-anqas settur wieħed ġdid tax-xogħol, nuqqass ta ideat fejn nikkrejaw xogħol ta valur miżjud, barranin aktar milli nifilhu, cheap labour, bejħ ta sptarijiet u kuntratti pubbliċi mmimlijien b’irregolaritajiet! il-Bidla fid-direzzjoni kienet tinkludi Moneyval rapport, Grevio Rapport, ir-rapport li sar mill-Kunsill tal-Ewropa din il-gimgħa li kollha fallejna fihom? Din il-bidla li xtaqt?
4. 4. Labour: Biex l-Ambjent verament jiġi priorita’. Din il-wiegħda tal-labour kienet waħda mill-aktar li imbotta u kienet waħda mill-aktar li kisru. Hemm xi ħadd hemm barra li jaħseb li il-partit laburist ma kienx diġa għamel ftehim kif u fejn kienu ser joħorġu l-permessi tal-bini? hemm xi ħadd li jaħseb li il-Partit Laburist kien jinteresħ nitfa mill-ambjent? inqalgħu mijiet ta siġar, Malta sarret ġungla ta’ konkret, sar open season fuq żoni ODZ, naraw sitwazzjoni fejn kontinwament il-local Plan jinbidel u żoni jinqalbu ta taħt fuq fejn nivvintaw loop holes biex neqred dejjem naqra iżjed l-ambjent. Fejn eżatt kien priorita’? fis-Ċentral link? F’taż-Żonqor? fid-dahla tal-Mellieha? Fejn il-parking tad-trade fair? L-ambjent seta' jintuża sabiex ma jkunx kontra liż-żvilupp iżda jkun mutur ekonomiku ġdid li bih nattratw investiment innovattiv, minnflok fqajna il-pajjiz b’bini mhux sostenibbili li ser jkollna inħallsu prezz qares ħafna għalih għada.
5. Labour: Kontijiet orħos, arja aktar nadifa. Dan mhux ngħidu jien imma L-NSO kif wkoll mill-Bank Ċentrali dipartimenti tal-Ġvern stess, fejn ġie konfermat li Malta qabel il-COVID 19 kien hemm ispluzjoni tal-għoli tal-ħajja. Ċifri ta Settembru juru li kien hemm żieda minn 1.68% għall 1.75%, skond l-NSO kien hemm żiediet f’dak kollu li huwa essenzjali ikel, xorb u fuel. Titkellem ma min titkellem kulħadd jgħidlek kif mhux jilħaq mall-għoli tal-ħajja. Kif m’hemmx kumpens biżżejjed sabiex tirkopri id-differenza, il-pagi jonqsu u spejjez jiżdiedu. Meta nitkellmu fuq l-arja aktar nadif din ġidba kollha kemm hi! skond il-Eurostat Malta kellha żieda ta Carbon Dioxid fl-arja ta 12.8% fl-aħħar 3 snin!! il-maġġoranza min dan ġie miż-żieda ta’ karozzi, li ovvjament kien riżultat ta’ żieda fil-popolazzjoni, dan kollu parti mill-pjan bla viżjoni tal-PL biex jitkabbar l-ekonomija.
Dawn verament ftit għax jekk tkun trid lanqas qatt ma tieqaf tikteb fuq kif il-partit laburista inganna il-poplu. Kif b’kliem sabieħ, ħafna duħħan, u fuq stages sbieħ ta x’jifhem li dan kollu kien ser jwettqu... ir-riżultat hu, li ma żamx il-kelma tiegħu, li ma għamel xejn milli qal li ser jagħmel li inganna il-poplu, li pajjizna spiċċa għar milli kien, li il-viżjoni li kellu ma wettqux, u fuq hekk irridu niġġudikawh.
Komentarze